Barranin

Il-Korea t’Isfel tipprova terġa’ tibni kuntatt diplomatiku mal-Korea ta’ Fuq

Il-Korea ta’ Isfel ipproponiet taħditiet mal-Korea ta’ fuq li, jekk jimmaterjalizzaw, ikunu l-ewwel attentat għall-kuntatt diplomatiku bejn iż-żewġ naħat mill-2015.

Il-Viċi Ministru tad-Difiża tal-Korea ta’ Isfel qal li l-proposta saret fl-isfond ta’ tat-testijiet bil-missili li l-Korea ta’ Fuq wettqet fl-aħħar ġimghat minkejja t-twissijiet ripetuti mill-komunità internazzjonali.

Waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet, huwa kkonferma li l-Korea t’ Isfel staqsiet lil Pyongyang biex terġa’ tistabilixxi proċess ta’ komunikazzjoni bejn iż-żewġ naħat.

Il-President tal-Korea ta’ Isfel, kien diġà esprima l-opinjoni li jeħtieġ djalogu imminenti mal-Korea ta’ Fuq biex ikunu indirizzati u possibilment mwaqqfa il-provi li qed twettaq biex tiżviluppa l-programmi nukleari u tal-missili tagħha.