Lokali

Il-Ministru Abela jitlob li jiġi investigat kuntratt ta’ €880,000 għal xogħlijiet fil-ħabs

Il-Ministru tal-Intern Carmelo Abela talab lill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi biex jitlob lill-Awditur Ġenerali jinvestiga l-għoti ta’ kuntratt ta’ €880,000 għal xogħlijiet fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, fil-Yours u fit-Taqsima Forensika dwar sistema tal-informatika u sigurtà ġdida. Huwa ċaħad allegazzjonijiet li saru fil-Parlament, li l-Ministeru ma mexiex mal-proċeduri tal-Gvern meta ngħata dan il-kuntratt b’direct order.

Huwa qal li fl-interess tas-sigurtà f’dawn il-faċilitajiet korrettivi kien hemm urġenza li tittieħed din id-deċiżjoni, biex tiddaħħal sistema ġdida tal-informatika, fosthom CCTV cameras. Minkejja dan, spjega l-Ministru Abela, il-Ministeru xorta mexa mal-proċeduri tal-Gvern u d-direct order ingħatat bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi u tad-Dipartiment tal-Kuntratti.