Lokalimalta

Il-partit ta’ Macron jirbaħ il-maġġoranza parlamentari

Il-Partit tal-President Franċiż Emmanuel Macron rebaħ l-elezzjonijiet Paralamentari, ġimgħat biss wara li Macron rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali.

Ir-riżultati juru li l-Partit Republique en Marche, li ġie ffurmat sena ilu, rebaħ aktar minn 300 siġġu mill-577 tal-Assemblea Nazzjonali.

Il-maġġoranza tas-siġġijiet parlamentari hija inqas minn kemm kienet mistennija, bl-ammont ta’ nies li ħarġu jivvutaw kien inqas minn dak tal-2012.