Elezzjoni ĠeneraliLokali

Il-PL jgħid li l-PN pprova jimblokka n-nomina ta’ Ian Borg

Il-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista pprova jimblokka n-nomina tas-Segretarju Parlamentari Ian Borg biex ma jkunx jista jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali.

L-Avukat Borg qal li minuti biss qabel għalaq il-ħin tal-oġġezzjonijiet għan-nomini, il-Partit Nazzjonalista oġġezzjona għaliex qal li n-nomina saret bi prokura mis-Segretarju Privat tiegħu.

L-Avukat Michael Falzon qal li l-Partit Nazzjonalista kellu kull dritt joġġezzjona, u li dejjem ikun hemm possibilità li jsiru oġġezzjonijet, imma sostna li din kienet motivata minn attakk personali.

Il-Kummissjoni Elettorali m’aċċettatx l-oġġezzjoni tal-Oppożizzjoni u għalhekk Dr Borg jista’ jikkontesta.