Elezzjoni ĠeneraliLokali

Il-PL jiċħad li l-PM jew Schembri għamlu kwerela kontra min għadda l-informazzjoni

Il-Partit Laburista fi stqarrija qal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil reġa’ gideb dwar il-proċeduri li għaddejjin fl-inkjesti quddiem il-maġistrat Aaron Bugeja u Natasha Galea Sciberras. Il-Partit Laburista qal li mhux minnu li l-Prim Ministru jew Keith Schembri ppreżentaw xi kwerela kontra min għadda l-informazzjoni.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li l-fatt li tali kwerela qatt ma ġiet ippreżentata jista’ jiġi faċilment skrutinizzat. Dan jista’ jiġi kkonfermat kemm mal-Korp tal-Pulizija kif ukoll mill-atti tal-Qorti. Qal li huwa fl-interess pubbliku li l-gideb perikoluż għall-aħħar ta’ Simon Busuttil issa jinkixef.