Lokali

Il-PM jinawgura business centre f’San Ġiljan b’investiment ta’ €8m

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura ‘The Hedge Business Centre’ f’San Ġiljan li sar b’investiment ta’ €8 miljun. Dan il-Business Centre tal-lukanda Le Meridien, diġa’ qed jintuża minn 120 ħaddiem minn diversi kumpaniji.

Il-General Manager ta’ Le Meridien Alex Incorvaja qal li għaddej xogħol biex il-lukanda f’San Ġiljan issir lukanda ta’ ħames stilel u tingħaqad mal-katina internazzjonali ta’ lukandi Marriott, b’servizz ta’ akkomodazzjoni b’valur ogħla u iktar modern.