Lokali

Il-PM Tork iżur iċ-ċimiterju tat-Torok fil-Marsa

DOI1702201732

Il-Prim Ministru tat-Turkija Binali Yildirim żar iċ-Ċimiterju Militari tat-Torok fil-Marsa.

Iċ-ċimiterju kien ikkummissjonat mis-Sultan Abdülaziz tal-Imperu Ottoman fl-1873 biex jieħu post ċimiterju antik tal-Musulmani fil-Marsa.

Iċ-ċimterju għandu disinn tal-perit Malti Emmanuele Luigi Galizia.

Iċ-ċimiterju fih bosta oqbra mhux immarkata ta’ priġunieri tal-gwerra Torok li jmorru lura għall-Ewwel Gwerra Dinjija flimkien ma’ oqbra oħrajn ta’ suldati tal-Commonwealth.