Elezzjoni ĠeneraliLokalimalta

Il-Qorti tiċħad talba biex Alleanza Bidla tikkontesta fuq id-distretti kollha

Il-Qorti tal-appell ma laqgħetx it-talba tal-Alleanza Bidla biex tliet kandidati tagħha jikkontestaw fuq id-distrett elettorali kollha.

Il-President ta’ Alleanza Bidla, Ivan Grech Mintoff qal li l-oġġezzjoni mal-Kummissjoni Elettorali saret mill-Moviment Patrijotti Maltin. Qal li l-Kummissjoni laqgħet din l-oġġezzjoni u b’hekk il-kandidati tal-Alleanza ser jikkontestaw fuq żewġ distretti biss/

Milqugħa talba biex alleanza bidla biex ikollhom ir-raba’ kandidata

F’deċiżjoni oħra, qal is-Sur Grech Mintoff, il-Qorti laqgħet it-talba biex Alleanza Bidla tkun tista’ tikkontesta l-elezzjoni bir-raba’ kandidat wara li n-nomina ta’ Elizabeth Claire Mikkelsen ma kinitx aċċettata mill-kummissjoni.

Il-Qorti qalet li n-nomina tagħha kienet diġà bdiet tiġi pproċessata u għalhekk iddikjarat li s-Sinjura Mikkelsen tista’ tikkontesta l-elezzjoni fuq żewġ distretti.