Lokali

Il-Qorti tiċħad talba biex Alleanza Bidla tikkontesta fuq id-distretti kollha

Il-Qorti tal-appell ma laqgħetx it-talba tal-Alleanza Bidla biex tliet kandidati tagħha jikkontestaw fuq id-distretti elettorali kollha.
Il-President ta’ Alleanza Bidla, Ivan Grech Mintoff qal  li l-oġġezzjoni mal-Kummissjoni Elettorali saret mill-Moviment Patrijotti Maltin. Qal li l-Kummissjoni laqgħet din l-oġġezzjoni u b’hekk il-kandidati tal-alleanza se jikkontestaw fuq żewġ distretti biss.
F’deċiżjoni oħra, qal s-Sur Grech Mintoff, il-Qorti laqgħet it-talba biex Alleanza Bidla tkun tista’ tikkontesta l-elezzjoni bir-raba’ kandidat wara li n-nomina ta’ Elizabeth Claire Mikkelsen ma kinetx aċċettata mill-Kummissjoni.
Il-Qorti qalet li n-nomina tagħha kienet diġa’ bdiet tiġi pproċessata u għalhekk iddikjarat li s-Sinjura Mikkelsen tista’ tikkontesta l-elezzjoni fuq żewġ distretti.