Lokali

Il-Qorti tordna li jinqerdu eluf ta’ żraben ta’ ‘Timberland’ foloz

Il-Qorti ordnat li jinqerdu mal-5,463 par żarbun bil-marka fittizja ‘Timberland’. Iż-żraben stivati f’323 kaxxa tal-kartun, inqabdu minn uffiċjali tad-Dwana, f’kontejner li kien se jħalli l-Port Ħieles f’Novembru tas-sena l-oħra. Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li ż-żraben jiksru l-liġi tad-drittijiet intelletwali u għaldaqstant il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Mark Chetcuti, ordnat li ż-żraben li qed jinżammu fl-imħażen tad-Dwana, jinqerdu fi żmien 90 ġurnata.