Lokali

Il-UNESCO tapprova proġett ta’ €10 miljun f’Dar il-Mediterran

Il-UNESCO approvat proġett ta’ €10 miljun li se jsir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi li permezz tiegħu spazji fil-binja li sa issa ma kienux miftuħin għall-pubbliku, se jkunu aċċessibli u fihom il-viżitatur se jkun jista’ jerġa’ jgħix x’kien jiġri f’din il-binja aktar minn erba’ mitt sena ilu.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap Eżekuttiv ta’ Dar il-Mediterran, Pierre Fenech qal li l-proġett ta’ €10 miljun, li l-Unjoni Ewropea se tiffinanzja nofshom, intbagħat lill-UNESCO minħabba s-sensittività tal-binja u l-fatt li l-Belt kollha hi kkunsidrata bħala wirt dinji.

Il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li l-proġett se jsir bl-akbar rispett lejn il-post u l-ħsieb hu li jkun lest sas-sena d-dieħla meta l-Belt Valletta tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Qal li l-proġett se jkompli jsaħħaħ is-settur tal-konferenzi.

Ara wkoll: http://www.tvm.com.mt/mt/news/progett-ta-e10-miljun-fdar-il-mediterran-biex-issir-attrazzjoni-turistika/