Lokali

Tasal f’Malta l-ewwel konsenja ta’ gass – il-KE mistennija tapprova l-proġett tal-power station

Reġistrat pass ieħor fit-triq biex Malta twarrab il-heavy fuel oil u tibda tuża l-gass naturali għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.

Dalgħodu wasslet l-ewwel konsenja ta’ liquefied natural gass li se tkun qed tiġi ppummpjata fit-tanker li se jservi ta’ ħażna għall-gass. Dan kien segwit mill-Kummissarju Ewropew responasabbli mill-Enerġija, Maros Sefcovic, li stqarr baqa’ impressjonat bil-mod veloċi li bih mexa l-proġett f’Delimara u tenna l-appoġġ għall-proġett tal-pipeline ma’ Sqallija.

L-Erbgħa filgħodu daħal fil-Port ta’ Marsaxlokk it-tanker GALEA bl-ewwel konsenja ta’ liquefied natural gas.  It-tanker trakka mal-Armada LNG Mediterrana biex tiskatta proċedura li se tibda ssir kull kważi xahrejn. Mill-GALEA, l-LNG qed jiġi ppummpjat fil-ħames tankijiet tal-Armada LNG Mediterrana li qed jaqdi l-irwol ta’ ħażna għall-gass fuq il-baħar. Malli jitbattal mil-LNG, it-tieni tanker ibaħħar ‘il barra.

Uffiċjali tal-kumpanija Electrogas sejħu dan bħala pass importanti fit-twettieq tal-proġett, u spjegaw li l-ewwel elettriku bl-użu tal-gass naturali mistenni  jiġi ġġenerat fi żmien erba’ ġimgħat, l-ewwel mill-impjant tal-BWSC li ġie kkonvertit biex jaħdem bil-gass flok il-Heavy Fuel Oil u fiż-żmien ta’ wara mill-impjant il-ġdid mibni mill-Electrogas.

Waqt li sejjaħ dan l-iżvilupp bħala avveniment storiku, il-Ministru Konrad Mizzi qal li dan kollu hu parti minn vjaġġ li jrid jissokta fil-proġett tal-pipeline bejn Sqallija u Malta biex jieħu post it-tanker fil-port. Minn ħdejn il-Fortizza ta’ Delimara, il-Kummissarju Ewropew għall-Enerġija Maros Sefcovic stqarr baqa’ impressjonat bil-ħeffa fil-mod kif żviluppa l-proġett mill-aħħar żjara tiegħu sena ilu. Qal li fl-enerġija, Malta għamlet l-aħjar deċiżjoni.

“The decision to transform the energy network in Malta and make it cleaner using the gas which we consider as very important transitional fuel was the right decision.

We are very pleased that in such short period of time you can achieve several goals: lowering energy prices, cutting down the green house gas, emissions, dangerous particles and imporiving energy security for the whole island”, qal Maros Sefcovic, Kummissarju Ewropew għall-Enerġija.

Tenna l-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea għall-proġett tal-pipeline tal-gass. Mistoqsi minn Television Malta kemm mistenni jkun il-finanzjament Ewropew għall-proġett, il-Kummissarju Sefcovic wieġeb li għadu prematur jagħti ċifra.

“First we have to establish the cost of the pipeline and then we speak about the financial assistance. We will be looking favourable at this project and do what we can within the European budget. First we need to have precise figures which first need to be established by the studies”, qal Maros Sefcovic Kummissarju Ewropew għall-Enerġija.

Intant il-kumpanija Enemalta rrappurtat li t-Tnejn li għadda filgħaxija rreġistrat l-ogħla domanda għall-elettriku fix-xitwa. Id-domanda kienet rekord ta’ 410 MW ta’ elettriku. L-Enemalta attribwiet dan għall-kesħa, b’aktar klijenti jixegħlu l-arja kkundizzjonata u tagħmir ieħor biex itaffu mill-kesħa.