KurżitajietLokali

Iltaqa’ mal-ġuvni Għawdxi u t-tfajla mil-Latvja li daru d-dinja flimkien

Erbgħin pajjiż f’sentejn u nofs . . . din hija l-esperjenza ta’ Miguel u Ines li ħallew kollox warajhom biex iduru d-dinja.

“Id-Dinja hija ktieb, u dawk li ma jivjaġġawx ikunu qraw paġna waħda biss” – din hija kwotazzjoni ta’ Santu Wistin, li ispirat lil Miguel Refalo minn Għajnsielem u Inese Podniece mil-Latvija biex iduru d-dinja.

U hekk għamlu . . . b’basket ma’ darhom, fil-ħmistax ta’ Diċembru tal-2014 il-koppja bdew vjaġġ ta’ sentejn u nofs li ħadhom f’erbgħin pajjiż. Miguel jirrakkonta li l-vjaġġ beda fl-Ewropa, kompla għall-Ġordan, l-Armenja, il-Georgia, l-Iran għall-Emirati Għarab Magħquda u Sri Lanka.

“Imbagħad xħin konna l-Indja kien għamel it-terremot in-Nepal, konna se mmorru hemm u tlajna min-naħa tal-Kirgiżistan, Mongolja, imbagħad morna l-Ġappun, Filippini, Taiwan u nżilna Southeast Asia, Vietnam, il-Kambodja, Singapore, Indoneżja, Thailand Malasja, imbagħad morna l-Awstralja u qattajna dik is-sena New Zealand, imbagħad wara dik is-sena morna seba’ xhur South America u vjaġġajna minn Brażil, Arġentina, Cilì, Bolivja, Peru u Paragwaj,” qal Miguel.

Miguel u Inese qattgħu sena fi New Zealand, fejn sabu impjieg biex ifaddlu għall-bqija tal-vjaġġ… fil-bqija tal-pajjiżi li żaru, middew idejhom għal xogħlijiet li lanqas qatt ma kienu joħolmu li se jagħmlu.

” Konna nsibu xogħlijiet pajjiżi oħra, pereżempju l-Brażil ħdimna ġo hostel u taħdem ‘in return’ għall-akkomodazzjoni u għall-ikel. L-Arġentina ħdimna ma’ waħda sinjura li kellha farm u konna neħdulha ħsieb id-dar,” irrakkonta Miguel.

Fl-aħħar xahar tal-vjaġġ, Miguel u Inese insterqu darbtejn fil-Perù u ċ-Ċilì. Inese tirrakonta kif fiċ-Ċilì l-ħallelin irritornaw lura lill-pulizija l-affarijiet li ma kellhomx bżonn, inkluż djarju bil-memorji tal-vjaġġ.

“All the way while we were travelling we’ve been collecting stuff, small tickets, coins and different things from each country and so this journal was stolen as well, and what happened we got it back, however they took all the coins and all the valuable things what they could take, so we have some gaps now but at least we have the journal back,” qalet Inese.

Fl-Iran damu tliet ġimgħat u nofs fl-Iran u Miguel jistqarr li dan hu wieħed mill-aktar pajjiżi li impressjonawh. “Tkun miexi fit-triq bil-backpack jiġu n-nies fuqek jgħidulek ‘illejla għandek fejn tiekol, għandek fejn torqod, ejja għandna’ għax huma l-passport tagħhom mhux qawwi ħafna ma jistgħux jivvjaġġaw, u x’ħin jaraw lil xi ħadd barrani huma jkunu jridu jilqgħuh ġo darhom, jisimgħu l-istejjer,” qal Miguel.

U għal Inese, bla dubju waħda mit-tifkiriet li ma tinsa qatt hi meta għamlet sky diving fi New Zealand. “That is something first of all we did it together and was like we could share the emotions between us and was also a personal challenge because I am scared of heights.”

Lanqas se tinsa meta Miguel issorprendieha u pproponiehla fl-istess stazzjon tal-ferrovija fl-Ingilterra fejn iltaqgħu.

L-avventura li jmiss għall-koppja Miguel u Inese issa hija ż-żwieġ tagħhom is-sena d-dieħla.