Lokalimalta

Imut l-anzjan li ttajjar fi Triq tal-Barrani f’Ħal Tarxien

Imut l-anzjan ta’ 70 sena li fil-bidu tax-xahar ittajjar minn karozza fi Triq tal-Barrani f’Ħal Tarxien. Ir-raġel tilef ħajtu llum għall-ħabta tal-5.30 p.m. fl-Isptar Mater Dei.

L-anzjan, Alfred Marmara, kien ttajjar minn karozza misjuqa minn mara ta’ 41 sena minn Birżebbuġa fit-2 ta’ Mejju li għadda.

L-anzjan huwa t-tmien vittma ta’ incident tat-traffiku din is-sena.