BarraninKurżitajiet

Imut Martin Landau, il-wiċċ tas-serje Mission Impossible

Miet l-attur Martin Landau, li kiseb fama internazzjonali permezz tal-irwol li interpreta fis-serje televiżiva Mission Impossible.

Is-serje Mission Impossible kienet popolari ħafna fis-snin sittin, b’Landau li fl-1969 kien rebaħ il-Golden Globe għall-aqwa attur maskili fil-parti tal-karattru Rollin Hand. Fl-istess sena huwa kien ħalla s-sett minħabba diżgwit fuq il-ħlas, bil-konsegwenza li l-karriera tiegħu ħadet majnata.

Iktar tard iżda l-karriera tiegħu reġgħet irrankat, tant li kien rebaħ Oscar għall-irwol tiegħu bħala Bela Lugosi fil-film Ed Wood tal-1994. Huwa kellu wkoll rwol importanti meta ħadem fil-film ta’ Alfred Hitchcock ‘North Northwest.’

Landau, li kellu 89 sena, miet f’Los Angelos minħabba kumplikazzjonijiet f’saħħtu.