Lokali

Inawgurat ground tal-football ġdid fil-Ħamrun

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius, inawgura ground tal-football ġdid f’dik li kienet l-Iskola Sekondarja Maria Assunta fil-Ħamrun.

Il-ground – b’daqs ta’ 63 x 100 – hu mgħammar bi stand tal-ispettaturi li tilqa’ sa 1,600 ruħ. Il-binja għandha kmamar li se jintużaw bħala changing rooms kif ukoll kmamar amministrattivi.

Il-ground hu parti minn kumpless li se jinkludi wkoll swali li jintużaw għal sports differenti fosthom is-snooker, il-billiards, u d-darts, apparti gym.

Is-Segretarju Parlamentari spjega li dawn il-faċilitajiet se jaqgħu direttament taħt SportMalta sabiex jintużaw sal-massimu tagħhom. Fil-fatt hu maħsub li l-faċilitajiet jintużaw matul il-ġurnata kollha – filgħodu mit-tfal tal-iskola, u filgħaxija mill-club tal-football u mill-football nursery ta’ Santa Venera. Is-sit se jintuża wkoll mit-team tal-frame football tal-club.