Barranin

Ir-raġel li saq karozza f’Times Square jgħid li “sema’ l-vuċijiet”

Ir-raġel li saq karozza f’Times Square, qatel persuna u darab 22 oħra, qal li “sema’ l-vuċijiet.”

Richard Rojas ta’ 26 sena, veteran tan-navy tal-Istati Uniti, li ġie arrestat darbtejn qabel, talli nqabad isuq taħt l-influenza tal-alkoħol, ġie arrestat. Rojas qal li stenna li kien se jitlef ħajtu u skont l-aġenzija Reuters wara li ġie arrestat, qal lill-Pulizija, “Suppost kellkom tisparawli! Xtaqt noqtolhom.”

Il-Pulizija jaħsbu li r-raġel kien taħt l-influenza ta’ marijuana sintetika magħrufa bħala K2, meta saq għal ġol pjazza li dak il-ħin kienet imballata bit-turisti.

It-tfajla ta’ 18-il sena li tilfet ħajjitha ġiet identifikata bħala Alyssa Elsman. Hija kienet fuq btala mal-familja tagħha minn Michigan. Oħtha ta’ 13-il sena ndarbet ukoll.