Barranin

Ir-raġel tal-Prinċipessa u ex Ministru ta’ Spanja jeħlu l-ħabs

principessa cristina

Il-Prinċipessa Cristina ta’ Spanja ma nstabitx ħatja f’kawża fuq frodi ta’ taxxa, iżda mhux l-istess ir-raġel tagħha, Inaki Urdangarin.

Urdangin kien ikkundannat għal sitt snin u tliet xhur ħabs wara li nstab ħati li uża r-rabtiet mal-familja rjali biex iġib il-flus għan-negozju li imbagħad uża għalih personali.

Martu, minkejja li ma nstabitx ħatja, xorta waħda trid tħallas multa ta’ €265,000 talli gawdiet, anki jekk mhux konxjament, minn ġid akkwistat b’mod illegali. Fl-2015 ir-Re Felipe neżża’ lil Cristina u żewġha mit-titlu rjali ta’ Dukessa u Duka ta’ Mallorca.

Fost dawk li nstabu ħatja kien hemm ukoll l-ex Ministru Juame Matas, li kien ikkundannat għal tliet snin u tmien xhur ħabs.