Lokali

It-turisti li qagħdu f’lukandi fi Frar żdiedu bi 18.2%

Fi Frar ta’ din is-sena 112,8804 persuna qattgħu total ta’ 528,466 lejl f’lukandi jew akkomodazzjoni turistika f’Malta. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li dan ifisser żieda ta’ 18.2% fl-ammont ta’ nies u 8.3% f’iljieli li t-turisti qattgħu fil-lukandi, fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra.

Il-maġġoranza tal-persuni qagħdu f’lukandi ta’ erba’ stilel 50.3% tal-iljieli mqattgħin fihom, jew total ta’ 265,830 lejl. L-NSO qalet li l-medja ta’ kemm persuna qattgħet iljieli f’lukanda niżel minn 5.1 iljieli fi Frar 2015 għal 4.7 ljieli fi Frar ta’ din is-sena.

B’kollox f’Jannar kien hawn 158 lukanda attiva f’Malta, li bejniethom joffru 16,179 kmarar tas-sodda.