Lokali

Iwissi li t-tfal jistgħu jegħrqu f’żewġ pulzieri ilma

Hekk kif is-Sajf jinsab fuq l-għatba, l-Uffiċċju għall-Kummissarju tat-Tfal fakkar fil-perikli li t-tfal spiss iħabbtu wiċċhom magħhom tul dan l-istaġun, b’mod partikolari f’attivitajiet fil-beraħ.

L-Uffiċċju fakkar li tfal żgħar ħafna jistgħu jegħrqu anki f’żewġ pulzieri ilma tal-banju jew paddling pool, għalhekk l-adulti għandhom iżommu għajnejhom fuqhom il-ħin kollu. L-Uffiċċju fakkar ukoll fil-perikli marbuta mal-qilla tax-xemx, il-BBQs, u l-logħob u l-għawm fil-pixxini.

Sar appell biex il-ħin tat-tfal matul is-Sajf ikun imqassam bejn attivitajiet barra u dawk fuq l-internet, u biex il-ġenituri jieħdu l-opportunitajiet offruti lil uliedhom biex jitgħallmu ħiliet ġodda waqt li jieħdu gost f’ambjent sigur, bħal-lezzjonijiet ta’ SportMalta.

L-Uffiċċju ħeġġeġ lill-adulti biex jitgħallmu kif għandhom jagħtu l-ewwel għajnuna anke f’inċidenti żgħar bħal gdim ta’ bram.