Barranin

Iwissu li l-qattiel Breivik sar iktar radikali u jista’ jwettaq attakki oħra

breivik

Fin-Norveġja beda jinstema l-appell tal-istat kontra deċiżjoni tal-Qorti li qalet li nkisru d-drittijiet tal-qattiel tal-massa Anders Behring Breivik meta l-awtoritajiet ħallewh iżolat fil-ħabs.

Fl-2011 Breivik qatel 77 persuna meta wettaq splużjonijiet u spara fuq grupp ta’ żgħażagħ tal-Partit Soċjalista li kienu fuq kampeġġ.

L-istat qed jargumenta li l-miżuri iebsin li ttieħdu kienu totalment ġustifikati fil-konfront tar-raġel ta’ 37 sena bi twemmin lemin estrem li qatt ma ddispjaċih għal li għamel.

Il-prosekuturi wissew li llum Breivik hu radikali aktar minn qabel u li l-pajjiż għandu jkun ippreparat li se jagħmel affarijiet li anqas ħadd ma joħlom li jsiru.