Barranin

Iwissu lill-ġenituri biex jarmu l-pupa li tista’ tispijja fuq uliedhom

cayla

L-awtoritajiet Ġermaniżi qed iwissu lill-ġenituri biex ma jixtrux pupa bl-isem Cayla, jew jarmuha jekk diġà għandhom waħda. Dan għaliex it-teknoloġija tagħha tista’ tiġi ‘hacked’ bil-konsegwenza li persuni stranġieri jibdew jitkellmu mat-tfal u jakkwistaw informazzjoni personali permezz ta’ din il-pupa.

It-twissija ħarġet mir-regolatur Bundesnetzagentur, li spjega li l-hackers jistgħu jużaw il-bluetooth tal-pupa biex jikkomunikaw mat-tfal li jkunu qed jilgħabu biha. Il-kumpanija Genisis li timmanifatura l-pupa ma għamlet l-ebda kumment immedjatament wara t-twissija tar-regolatur.

It-teknoloġija ta’ Cayla tista’ twieġeb il-mistoqsijiet tat-tfal billi taċċessa l-internet, issib ir-risposti, u tweġibhom.