Barranin

Jaqtgħu l-ossiġnu fi sptar fl-Indja u joqtlu 30 tifel u tifla

F’temp ta’ 48 siegħa fl-Indja mietu minn tal-anqas 30 tifel u tifla li kienu rikoverati fl-ikbar sptar pubbliku fid-distrett ta’ Gorakhput, minħabba nuqqas ta’ ossiġnu.

Uffiċjali Indjani qalu li l-provvista tal-ossiġnu lill-isptar twaqqfet minn min kien jipprovdiha, għax kien hemm kont pendenti kbir li ma tħallasx.

Qalu li malli spiċċat il-provista tal-ossiġn l-amministrazzjoni tad-distrett għamlet kuntatt ma’ min jissupplixxieh u l-provvista tal-ossiġnu reġgħet irritornat għan-normal.

Dwar il-każ qed issir inkjesta maġisterjali. Rapporti fil-midja lokali qed jgħidu li l-Gvern Indjan ċaħad li l-imwiet seħħew minħabba interruzzjoni fil-provvista tal-ossiġnu.