Lokalimalta

Jeħilsuha ħafif wara ħabta ma’ xarabank f’Burmarrad

Sewwieq ta’ karozza ħelisha ħafif wara ħabta kbira ma’ xarabank f’Burmarrad. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30 p.m. fi Triq Burmarrad meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn karozza u xarabank. Mad-daqqa l-karozza daret dawra mejt u b’waħda mir-roti tispiċċa f’nofs ta’ triq wara li tqaċċtet minn mal-vettura. Ix-xarabank ġarrbet ukoll ħsarat estensivi f’wieħed mill-ġnubijiet.

Il-Pulizija kkonfermat ma’ dan is-sit li s-sewwieq ħelisha ħafif. Ir-raġel kien assistiet minn tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

Kawża tal-inċident inħolqot konġestjoni ta’ traffiku.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.