Lokalimalta

Jindarab gravi f’argument bejn tlieta f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ 46 sena minn Ħal Għargħur ġarrab ġrieħi gravi waqt argument li żviluppa bejn tliet irġiel fil-komun ta’ blokka appartamenti fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar. Fl-argument li seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, kienu involuti ukoll żgħażugħ ta’ 19-sena ukoll residenti Ħal Għargħur u Ingliż ta’ 50 sena.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 46 sena l-isptar Mater Dei fejn ġie iċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi. L-Ingliż ittieħed f’ċentru tas-saħħa għal ġrieħi ħfief li ġarrab waqt li iż-żagħżugħ baqa jinżamm arrestat għall-aktar stħarriġ. Fuq il-post, il-pulizija sabet turnit li x’aktarx intuża fl-argument.

L-investigazzjoniji9et tal-pulizija għġadhom għaddejjin.