Lokali

Jindarab gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Qrendi

Kroat ta’ 46 sena ndarab gravi wara li waqa’ seba’ filati f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Qrendi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.10 a.m., fi Triq il-Kbira.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li r-raġel residenti San Ġiljan, għal xi raġuni waqa’ madwar seba’ filati f’sit ta’ kostruzzjoni.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.