Lokali

Jinfetħu l-applikazzjonijiet biex sidien ta’ vetturi jieħdu lura t-taxxa żejda li ħallsu

Sidien li ħallsu taxxa żejda meta xtraw vetturi ġodda għall-użu personali matul l-2006 qed jintalbu biex japplikaw ħalli jingħataw lura l-ammont żejjed li kienu ħallsu.

Minn dan it-total jitnaqqas l-ammont ta’ €110 f’każ ta’ vetturi jew €55 f’każ ta’ muturi, li kien diġa’ tħallas fl-2014 meta din l-iskema ġiet mħabbra għall-ewwel darba.

Transport Malta bagħtet 6,827 formola għall-applikazzjoni lis-sidien ta’ vetturi li ħallsu taxxa żejda sabiex japplikaw għar-rifużjoni sat-28 t’April.

Fi stqarrija Transport Malta qalet li dan l-ammont ser jitħallas f’pagament wieħed permezz ta’ ċekk  fix-xhur li ġejjin. L-istess proċess se japplika għas-snin konsekuttivi għall-vetturi rreġistrati sas-sena 2008.

Il-werrieta ta’ sidien li jikkwalifikaw għar-rifużjoni iżda ġew nieqsa jistgħu wkoll japplikaw wara li ssir dikjarazzjoni min-nutar. Jistgħu japplikaw ukoll dawk is-sidien  li kienu rreġistraw il-vettura bejn l-1 ta’ Mejju  2004  u l-31 ta’ Diċembru 2006 iżda li ma kienux applikaw matul is-snin ta’ qabel.