Lokali

Jinqabdu jwettqu atti indiċenti fuq bejt ta’ dar f’Ħ’Attard

Żewġ persuni nqabdu jwettqu atti indiċenti fil-pubbliku. Il-persuna li ġibed il-filmat, li xxandar fuq il-media soċjali, qal lil tvm.com.mt li l-każ seħħ dalgħodu fuq bejt ta’ residenza f’Ħ’Attard. Fil-filmat iż-żewġ persuni jidhru għarwenin ħuta f’xena li mhux għal għajnejn il-pubbliku. Il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ.

Il-filmat qajjem diskussjoni sħiħa fuq il-media soċjali. Waqt li bosta kkummentaw dwar “l-imħabba fl-apert” ta’ dawn iż-żewġ maħbubin, oħrajn ikkundannaw bil-qawwa l-att ta’ dawn iż-żewġ adulti li seta’ faċilment jiskandalizza lil minuri li setgħu nzertawhom mit-triq jew xi residenza fil-madwar.