Barranin

ARA – il-mument x’ħin il-pulizija jassedjaw il-karozza li daħlet fihom f’Pariġi

Karozza baqgħet dieħla f’vann tal-pulizija fiċ-ċentru ta’ Pariġi, bix-xufier li iktar tard kien irrappurtat mejjet.

Ix-xufier kellu diversi armi u splussiv fil-karroza. Iktar kmieni ntqal li kien intilef minn sensih u li weġġa’ serjament, iżda wara kien iċċerifikat mejjet. Ħadd iktar ma safa’ ferut.

Oriġinarjament kien irrappurtat ukoll li l-karozza ħadet in-nar wara li ħabtet mal-vann tal-pulizija, iżda filmat ta’ xhieda fuq il-post ma kienx juri l-karozza taqbad.

Fil-filmat jidher li lie ġie sparat gass ikkulurit u abjad, bil-membri tas-sigurtà li jidhru qrib tal-karozza u anki jidħlu parzjalment fiha.

Iż-żona ta’ Champs Elysees ingħalqet għal xi ħin, iżda l-awtoritajiet qalu li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll.

F’April li għadda pulizija nqatel u tnejn oħra sfaw feruti f’attakk f’Champs Elysees.