Lokali

Kors tar-‘robotica nation’ għat-tfal Għawdxin

It-tfal Għawdxin se jibbenefikaw minn esperjenza unika ta’ tagħlim dwar ir-robotika. Il-kors qed jitħallas mill-Ministeru għal Għawdex. Il-kors, qalet il-Ministru Justyne Caruana se jgħin żgħażagħ u tfal jibnu sisien għal ekonomija b’saħħitha.

Qalet li r-robotika hija l-futur u l-preżent għaliex it-teknoloġija b’livell għoli u speċjalizzat hi settur li l-pajjiż irid jipprepara ruħu għaliha. Il-Ministru Caruana qalet li huwa essenzjali li t-tfal jingħataw l-għajnuna minn ċkunithom joqorbu lejn dawn is-setturi b’korsijiet li jitmexxew b’mod interattiv. Qalet li mitejn tifel u tifla daħlu għal dan il-kors li se jsir bla ħlas.