Barranin

L-FBI tinvestiga allegazzjonijiet ta’ ndħil Russu waqt l-elezzjoni Presidenzjali tas-sena l-oħra

Id-Direttur tal-FBI James Comey ikkonferma għall-ewwel darba li l-FBI qed tinvestiga allegazzjonijiet ta’ ndħil Russu waqt l-elezzjoni Presidenzjali tas-sena l-oħra.

Dawn l-investigazzjonijiet jinkludu l-kuntatti li seta’ kien hemm bejn nies fil-kampanja ta’ Donald Trump u l-Gvern Russu u jekk kienx hemm kordinazzjoni bejn il-kampanja ta’ Trump u l-Gvern Russu.

Comey kien qed jitkellem f’sessjoni miftuħa tal-kumitat tal-kungress Amerikan dwar il-ġbir ta’ intelligenza u informazzjoni.

Fis-smiegħ li rari jkun miftuħ, ta x-xhieda tiegħu anke l-Kap tal-Aġenzija Nazzjonali tas-Sigurtà, l-Ammirrall Mike Rogers.