Lokali

L-Italja għall-ewwel darba fil-Junior Eurovision Song Contest f’Malta

Vincenzo Cantiello se jirrappreżenta lill-Italja fil-Junior Eurovision Song Contest f’Malta.

L-Italja se tkun irrappreżentata minn Vincenzo Cantiello, ta’ 13-il sena, minn Sant’Arpino provinċja ta’ Caserta, fil-Junior Eurovision Song Contest li se jsir f’Malta s-Sibt 15 ta’ Novembru. Vincenzo huwa meqjus li għandu kapaċitajiet interpretattivi tajbin ħafna.

Din se tkun l-ewwel darba li l-Italja ser tieħu sehem f’din il-11-il edizzjoni tal-festival ta’ kant organizzata mill-European Broadcasting Union.

Il-magħruf direttur tal-istess trasmissjoni Leonardo De Amicis se jkun id-direttur artistiku f’isem ir-RAI – Radiotelevisione Italiana. Mill-programmi ta’ Ti lascio una canzone ħarġu diversi kantanti b’talent kbir fosthom il-Maltin Gaia Cauchi u Federica Falzon, u Michele Perniola li rrappreżentat lir-Repubblika ta’ San Marino fil-festivall li sar is-sena l-oħra f’Kiev, l-Ukrajna li kien ra s-suċċess ta’ Gaiai Cauchi. Huwa mistenni wkoll li ser tkun il-magħrufa preżentattriċi Antonella Clerici li ser tagħmel il-kummenti tagħha fit-trasmissjoni tar-RAI.