Barranin

L-Iżvezja twaqqa’ l-każ kontra l-kofundatur ta’ WikiLeaks dwar l-allegat stupru

WikiLeaks ħabbret li l-Iżvezja għadha kemm waqqgħat il-każ kontra Julian Assange, il-kofundatur u se tirrevoka l-mandat ta’ arrest. WikiLeaks ħabbret dan f’messaġġ fuq Twitter fejn qalet li d-deċiżjoni ttieħdet mid-Direttur tal-Prosekuzzjoni Żvediża, li kkonfermat li se titwaqqaf l-investigazzjoni kontra l-kofundatur ta’ WikiLeaks. Sostniet li l-Prosekutur Marianna Ny waqqfet l-investigazzjoni kontra Julian Assange dwar l-allegat stupru. Id-deċiżjoni ttieħdet wara li kienet ilha tiġi posposta għal seba’ snin. Min-naħa tiegħu Assange kien ilu mill-2012 jgħix fl-ambaxxata tal-Ekwador f’Londra biex jevita estradizzjoni lejn l-Iżvezja fuq dawn l-allegazzjonijiet. Huwa dejjem ċaħad l-allegazzjonijiet.