Lokali

Laħam, tiġieġ u bajd miżmuma minn uffiċjali tad-Dwana

Fl-ewwel kwart tal-2017, aktar minn 180 kilogramma ta’ laħam, prodotti magħmula mill-ħalib u prodotti oħra magħmula mit-tiġieġ, inżammu minn uffiċjali tad-Dwana milli jidħlu f’Malta minn passiġġieri.

Dawn il-passiġġieri, li l-maġġoranza tagħhom kienu minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, intgħażlu biex issir tfittxija fil-bagalja tagħhom li rriżultalhom li kienet suspettuża wara X-ray li ttieħed.

L-uffiċjali tad-Dwana ndunaw b’dawn il-prodotti li kienu jinkludu zalzett, tiġieġ u anki bajd.

L-ikel ikkonfiskat għadda mill-Bord tal-Ispezzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa biex ikun jista’ jinqered.

Dan l-ikel kien projibit li jidħol f’xi pajjiż tal-Unjoni Ewropea minħabba risjki fuq is-saħħa.