Lokali

Libertà kkundizzjonata wara li serqet €50 minn basket

Mara ngħatat il-libertà bil-kundizzjoni li ma twettaqx reat ieħor f’sitt xhur wara li ammettiet li serqet €50 minn portmoni li tħalliet weħidha.

Fil-Qorti ntqal li l-mara ħadet il-flus minn basket li tħalla waħdu waqt li kienet qiegħda f’ħanut tas-sbuħija, u dan ġie pprovat b’filmat minn kameras tas-sigurtà. Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Aaron Bugeja, il-mara qalet li ħasbet li l-basket kien mitluf.

Il-Qorti nnotat li għalkemm fil-filmat il-mara ma dehritx toħroġ il-€50 mill-portmoni, dehret tqalleb fih imbagħad timxi lura lejn fejn kien il-basket tagħha. Meta l-vittma bdiet tfittex il-flus fil-portmoni dehret konfuża, filwaqt li l-akkużata dehret okkupata fuq il-mobile. Minkejja li ħallset il-kont il-vittma baqgħat tidher konfuża. Il-Qorti qalet li għalhekk il-filmat kien xhieda biżżejjed li l-akkużata serqet il-flus. Għaldaqstant ordnat li l-vittma tingħata l-libertà bil-kundizzjoni li ma twettaqx reat ieħor fi żmien sitt xhur u tirritorna l-€50 lura.