Barranin

Mal-21 mejta u oħrajn midruba wara ħabta bejn żewġ ferroviji fl-Eġittu

Ħabta frontali bejn żewġ ferroviji f’Lixandra, fl-Eġittu ħalliet minn tal-anqas 21 persuna mejta, u aktar minn 50 oħra midruba. L-inċident seħħ ftit tal-ħin ilu bejn ferrovija li kienet qed tivvjaġġa mill-Kajr u oħra li kienet telqet minn Port Said. Fuq il-post issejħet l-għajnuna tas-servizza tal-emerġenza u hemm diversi ambulanzi. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.