Lokali

Malta tat 646 ċittadinanza fl-2015

Skont ċifri tal-Eurostat, fl-2015, Malta tat 646 ċittadinanza u l-maġġoranza tal-benefiċjarji kienu Russi. Miċ-ċifri joħroġ li 40% taċ-ċittadini li kkwalifikaw għaċ-ċittadinanza f’Malta kienu Russi, kważi 8% Ingliżi u kważi 4% Ukreni. Fil-pajjiżi Ewropej, il-maġġoranza ta’ ċittadini ġodda kienu mill-Marokk, mill-Albanija u mit-Turkija.

L-istatistika tal-Eurostat turi li fl-2015, il-pajjizi tal-Unjoni Ewropea taw 840,000 ċittadinanza, 50,000 anqas milli kienu taw fl-2014. Il-Eurostat qal li f’hames snin kważi ħames miljun persuna ngħataw iċ-ċittadinanza Ewropea.

Fl-2015, 646 persuna kisbu ċittadinanza Maltija u meta mqabbel mal-popolazzjoni joħroġ li l-għoti taċ-ċittadinanza minn Malta kien fil-livell medju tal-Unjoni Ewropea. 19% ta’ dawk li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija kienu minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.