Barranin

Mara li kienet tiżen 500kg titlef nofs il-piż b’operazzjoni fl-Indja

Fl-Indja, dik li kienet magħrufa bħala l-itqal mara tqila fid-dinja b’piż ta’ madwar 500kg, bdiet tiżen nofs il-piż li kellha wara intervent kirurġiku.

Il-familja ta’ Eman Abd El Aty qalet li l-mara kienet tiżen 500kg u kienet ilha għal dawn l-aħħar 25 sena priġuniera f’darha għax ma setgħetx tiċċaqlaq. L-intervent kirurġiku sar fl-Isptar ta’ Mumbair Saifee xahrejn ilu.

Fi stqarrija, l-isptar qal li l-mara issa tista’ toqgħod fuq siġġu tar-roti u tista’ toqgħod ukoll bilqiegħda għal ħin aktar twil.

L-isptar ippubblika wkoll ritratti ġodda tas-Sinjura Abd El Aty wara l-intervent kirurġiku li permezz tiegħu bdiet tiżen 250kg.

L-operazzjoni magħrufa baħal “Bariatric Surgery”, issir meta ma jkunx hemm għażla oħra biex tittratta persuni b’piż li jkun ta’ periklu kbir għal saħħithom.