Lokalimalta

Mara Ukrena tinħeles mill-akkużi wara tilwima ma’ pulizija fuq tal-linja

Mara Ukrena nħelset mill-akkużi kollha wara tilwima li kellha mal-pulizija waqt li kienet abbord karozza tal-linja f’San Ġiljan sentejn ilu. Il-każ inqala’ wara li ix-xufier tal-vettura insista li l-mara ma setgħetx titla’ jekk ma tagħlaqx il-pushchair fejn kellha lit-tarbija tagħha rieqda. Polina Gutshabes kienet tressqet il-qorti akkużata li attakkat u rreżistiet lill-pulizija waqt li kienu qed jarrestawha.