Lokali

Mario Fava jinħatar President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

Mario Fava nħatar President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Dan ħabbritu l-Assoċjazzjoni fi stqarrija, fejn qalet li Fava nħatar waqt laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni lbieraħ.

F’kumment fuq il-midja soċjali s-Sur Fava wiegħed ħidma u mpenn biex jibni mill-ġdid pontijiet li tkissru fl-aħħar snin. Dan bil-għan li l-Kunsilli jaslu għal kisbiet akbar fiż-żmien li ġej. Sostna li dan se jwettqu bl-għajnuna u l-appoġġ tal-Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni.

Fil-karriera tiegħu Fava kiseb esperjenza kbira dwar il-ħidma tal-Kunsilli Lokali, anki minħabba l-fatt li kien fost oħrajn, membru tal-Kumitat Ewropej tar-Reġjuni, kif ukoll uffiċjal politiku u tal-gvern lokali.