Lokali

Minn roundabout għal ċentru nazzjonali għal konservazzjoni tal-ilma fir-Rabat

Inawgurat iċ-ċentru edukattiv dwar il-konservazzjoni tal-ilma li sar flok roundabout fin-naħa tan-Nigret fir-Rabat. L-istudenti mill-iskola primarja tar-Rabat, kienu fost l-ewwel li bdew igawdu minn din l-esperjenza edukattiva.

Iċ-ċentru Għajn fiż-żona tan-Nigret fir-Rabat huwa attrezzat b’logħob edukattiv u interattiv dwar l-ilma, li huwa l-aktar element importanti għal ħajja. L-iskop tal-proġett huwa prinċipalment li jeduka dwar l-importanza tal-konservazzjoni tal-ilma li huwa riżorsa skarsa f’Malta.

Iċ-ċentru Għajn inbena flok roundabout li min post żdingat ġiet żviluppata fi proġett biex irawwem aktar għarfien dwar il-valur tal-ilma. Inbnew ġwiebi li ser jilqgħu l-ilma tax-xita li jintuża għat-tisqija tal-ġnien li jsebbah dan il-proġett.

Fl-inawgurazzjoni tiegħu mill-Ministru Konrad Mizzi u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg, kienu l-istudenti tal-primarja tar-Rabat li żanżnu ċ-ċentru u l-faċilitajiet rekreattivi tiegħu.

Il-Ministru Konrad Mizzi qal li dan iċ-ċentru qiegħed jitqies bħala eżempju mill-aqwa fil-konservazzjoni tal-ilma, tant li rebaħ il-‘Greening the Islands Award’.

Il-Ministru Mizzi qal, “Malta m’għandniex biżżejjed postijiet, mużewijiet u interactive centres fejn it-tfal jilagħbu u din hija l-ewwel inizjattiva li ħadna. Tikkumplimenta ix-xogħol li sar mill-Gvern fuq iċ-ċentru tax-xjenza wkoll u aħna beħsiebna nikkrejaw aktar ċentri bħal dawn fosthom fuq l-enerġija wkoll.

B’taħlita ta’ logħob interattiv, storja u konservazzjoni, iċ-Ċentru ta wiċċ ġdid liż-żona tan-Nigret. Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li l-proġett ffinazjat b’fondi Norveġiżi huwa eżempju tad-differenza li jistgħu jagħmlu l-fondi Ewropej fil-ħajja taċ-ċittadini.

Hanwhekk għandna żona li ġiet rigenerata minn roudabut li kienet enromi u użu ħażin tal-art għal ċentru nazzjonali fuq il-konservazzjoni tal-ilma. It-tfal li jistgħu jiġu mal-kumplament tal-familja igawdu l-post imma jitgħallmu messaġġ importanti wkoll.

Intant intqal li qed jitħejjew il-pjani għar-riġenarazzjoni taċ-Chadwick Lakes li fost oħrajn jilqa’ l-ilmijiet tax-xita minn dawn l-inħawi.