Lokali

FILMAT – anzjan imut wara li ttajjar fil-Marsa

Raġel ta’ 72 sena mill-Marsa tilef ħajtu wara li ttajjar dalgħodu ħdejn il-kavallerija tal-Marsa, fil-karreġjata direzzjoni lejn il-Belt.

Iktar tard l-anzjan kien identifikat bħala Karmenu Ellul, magħruf bil-laqam Il-Balaj.

L-anzjan kien qed jaqsam it-triq għall-ħabta tas-7.00am meta ntlaqat minn vettura SUV tat-tip Citroen Cactus misjuqa minn raġel ta’ 37 sena minn Ħaż-Żabbar.

Mal-art kien jidher ammont sostanzjali ta’ demm li beda jċarċar minn taħt l-SUV.

L-anzjan ittieħed l-ipstar Mater Dei b’ambulanza fejn iktar tard kien iċċertifikat mejjet.

Fil-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, filwaqt li l-investigazzjoni qed titmexxa mill-pulizija tad-distrett tal-Ħamrun.

Kawża tal-inċident inħolqot konġestjoni tat-traffiku tul Triq Aldo Moro.