Lokali

PL: l-applikazzjoni tal-Perit Bezzina deskritta bħala qarrieqa minn Din l-Art Ħelwa

Il-Partit Laburista qassam lill-midja l-oġġezzjonijiet li għamlet mal-Awtorità tal-Ippjanar, Din l-Art Ħelwa, għall-applikkazzjoni tad-Deptuat Nazzjonalista Toni Bezzina biex jibni villa f’ODZ taħt l-Imdina.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis qal li d-dikjarazzjoni ta’ Din l-Art Ħelwa li sejħet l-applikazzjoni tal-Perit Bezzina bħala qarrieqa hi waħda b’saħħitha. Huwa qal li minkejja l-oġġezzjoni fost oħrajn ta’ Din l-Art Ħelwa, il-Perit Bezzina baqa’ għaddej bl-applikazzjoni u rtiraha biss wara li nkixef mill-ġurnal Kulħadd. Huwa qal li dan il-każ ikompli jwaqqa’ l-maskra ambjentali tal-Partit Nazzjonalista.

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li din l-ipokrisija minn wieħed mill-awturi tal-politika ambjentali tal-Partit Nazzjonalista, qed jesponuha anki għaqdiet ambjentali li sa ftit ilu kienu qed jippożaw magħhom.