BarraninKurżitajiet

Prinċipessa Ġappuniża se ċċedi t-titlu rjali biex tiżżewweġ ġuvni ‘komuni’

Il-Prinċipessa Mako se ċċedi t-titlu rjali tagħha biex tkun tista’ tiżżewweġ ċittadin komuni. Mako, li għandha 25 sena, se tiżżewweġ lil Kei Komuro, avukat tamparha.

Mako u Komuro iltaqgħu f’restorant fl-2012 meta kienu qed jistudjaw flimkien fl-International Christian University f’Tokjo. Il-familja rjali qalet li bħalissa għaddejjin il-preparamenti għaċ-ċerimonja tal-għerusija tal-koppja.

Il-Prinċipessa Mako hija l-ikbar neputija tal-Imperatur Akihito, b’dan l-iżvilupp li se jwassal għal dibattitu dwar is-suċċessjoni, hekk kif l-Imperatur mistenni jabdika fil-futur qrib.