Barranin

Pulizija jinqatel fi sparatura f’Pariġi

Pulizija nqatel u ieħor safa midrub fi sparatura li seħħet tard il-Ħamis filgħaixja fiċ-ċentru ta’ Pariġi.

Rapporti fil-midja Franċiża qed jirrapportaw li r-raġel li spara fuq il-pulizija nqatel ftit wara l-isparatura. Iż-żona qrib Champs Elysees fejn seħħet l-isparatura ġiet iċċirkondata.

Franza mistennija tmur għall-ewwel rawnd ta’ elezzjoni presidenzjali nhar il-Ħadd li ġej.