Lokali

Aġġornat bil-filmat: Ħelsien mill-arrest għal Serb li ħebb għal warden fin-Naxxar

Serb ta’ 34 sena, Igor Samardziski m’ammettix l-akkuzi li rreżista, ħebb u kkawża ġrieħi gravi lil gwardjan lokali f’każ li seħħ dalgħodu bejn in-Naxxar u Tal-Balal fil-Għargħur.

Samardziski li jgħix il-Mosta, ġie akkużat li kiser imnieħer il-gwardjan Patrick Paul Attard, ta’ 51 sena mill-Mosta.

Filmat ippubblikat fuq il-midja juri lis-Serb allegatament iħebb għal Attard wara argument li nqala’ bejniethom. Is-Serb kien arrestat ftit tal-ħin wara li seħħet l-aggressjoni .

Is-Serb ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €2,000.