Barranin

FILMAT – raġel imut wara li vann jinstaq fuq miġemgħa Musulmani f’Londra

F’Londra, raġel miet u għaxra oħra indarbu wara li vann saq għal fuq miġemgħa li kienu ħdejn moskea f’Finsbury Park, li tinsab fi triq Seven sisters.

Aktar tard, raġel ta’ 48 sena ġie arrestat b’rabta mal-każ li seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ filgħodu. Allegatament kienu n-nies stess li żammew lir-raġel sakemm waslu l-pulizija.

Il-Kunsill tal-Musulmani fir-Renju Unit qal li l-vann instaq ‘intenzjonalment’ għal fuq il-Musulmani, f’dik li sejħu bħala manifestazzjoni vjolenti ta’ Islamofobija. Hu maħsub li l-persuni li kienu fuq il-bankina kienu għadhom ħerġin mit-talb tar-Ramadan.

Xhieda fuq il-post qalu li s-sewwieq tal-vann beda jgħajjat “Irrid noqtol lill-Musulmani kollha!”