Lokali

Raġel jinħeles mill-ħabs ftit sigħat wara li daħal

Carmelo Zammit li qed jiffaċċja akkużi ta’ frodi dalgħodu ntbagħat il-ħabs għal xahrejn, wara li nstab ħati li ma rrispettax l-ordni tal-Qorti dwar l-iffriżar tal-assi, u trasferixxa żewġ vetturi lil terzi persuni. Madankollu huwa nħeles ftit sigħat wara, meta l-Qorti reġgħet lura mid-deċiżjoni tagħha. Dan wara li l-avukati tiegħu appellaw is-sentenza għaliex qalu li kienet kontra l-liġi. Id-difiża mmexxija mill-avukati Franco Debono, Amadeus Cachia u Josette Sultana qalu lill-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li l-arrest kien illegali minħabba li kien ibbażat fuq applikazzjoni ħażina tal-liġi. Id-difiża argumentat li l-ordni tal-iffriżar tal-assi taqa’ taħt liġi differenti u mhux dik li kienet tapplika fil-każ tal-akkużat.