Lokali

Raġel li kiser imnieħer martu ordnat joħroġ mid-dar fil-Fgura

Raġel ta’ 49 sena mill-Fgura ngħata l-ħelsien mill-arrest b’garanzija personali ta’ €2,00 wara li wieġeb mhux ħati li lbieraħ filgħaxija kiser imnieħer martu waqt argument jaħraq fid-dar matrimonjali tagħhom fil-Fgura.

Fil-qorti ngħad li din kienet l-ewwel darba f’21 sena ta’ żwieġ li l-pulizija kellha rapport ta’ vjolenza domestika fil-konfront tal-akkużat. Id-difiża qalet li mara ndarbet meta r-raġel kien qiegħed jipprova jiddefendi lilu nnifsu minn martu wara li saret aggressiva.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Antonio Micallef Trigona laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq garanizja personali ta’ €2,000. Huwa kien ordnat ukoll jiffirma darba f’ġimgħa l-għassa u joħroġ mid-dar matrimonjali. Ir-raġel għarraf lill-qorti li kien se jmur jgħix m’oħtu fid-dar tagħha f’Ħal Għaxaq.

Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni biex tħares lill-vittma.