BarraninKurżitajiet

Raġel miżżewweġ jgħid li se jinħatfu ajruplani biex jevita btala mas-sieħba

Motaparthi Vamshi Krishna, Indjan ta’ 32 sena, ġie arrestat wara li bagħat email falza jallega li ajruplan se jinħataf. Dan bil-għan li jevita btala mas-sieħba, minħabba li huwa miżżewweġ u missier.

Krisha ġie arrestat is-Sibt wara li bagħat l-email is-Sibt. Fl-email huwa għamel ta’ bi ruħu li kien mara li semgħet mas-sitt irġiel jitkellmu dwar il-komplott tagħhom biex jaħtfu ajruplani f’Hyderabad, Chennai u Mumbai l-għada. Il-Pulizija ta’ Mumbai avżat lill-aġenziji tas-sigurtà li għamlu tfittxijiet bir-reqqa fl-ajruporti kkonċernati.

Aktar tard l-investigaturi sabu li l-email kienet intbagħtet minn internet cafe f’Hyderabad. Minn hemm waslu għall-konklużjoni li persuna minn tmienja li kienu mħassba fuqhom, setgħat bagħtet l-email. Wara li eżaminaw filmat tal-kameras tas-sigurtà l-investigaturi waslu għall-konklużjoni li Krishna kien bagħat l-email.